Kawża C-137/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Dresden (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2018 – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG
C2682018MT1810120180222MT0024181181
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Dresden (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2018 – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG
(Kawża C-137/18)2018/C 268/24Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Dresden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: hapeg dresden gmbh
Konvenuta: Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(b) u (ċ) kif ukoll l-ewwel u t-tieni subparagrafi u l-punti (b) u (ċ) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/123/KE ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 (Direttiva “Servizzi”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li huwa pprojbit li jiġu miftiehma, f’kuntratti konklużi ma’ arkitetti u/jew inġiniera, onorarji li huma inqas mill-ammonti minimi tar-remunerazzjoni kkalkolati skont l-iskeda tal-onorarji tal-arkitetti u l-inġiniera?
( 1 ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy