Kawża C-177/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid
C2112018MT1210120180307MT0015121132
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja) fis-7 ta’ Marzu 2018 – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid
(Kawża C-177/18)2018/C 211/15Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo de Madrid (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Almudena Baldonedo Martín
Konvenut: Ayuntamiento de Madrid
Domandi preliminari
1)
Interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas, fis-sens li sitwazzjoni bħal dik deskritta fil-kawża prinċipali, li fiha l-membru tal-persunal mhux permanenti jwettaq l-istess xogħol bħall-uffiċjal (liema uffiċjal ma jibbenefikax mid-dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] peress li s-sitwazzjoni li minnha jista’ jirriżulta dan id-dritt ma teżistix fis-sistema legali tiegħu), ma hijiex klassifikabbli bħala sitwazzjoni deskritta fl-istess klawżola, hija korretta?
2)
Peress li d-dritt għall-ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni jikkostitwixxu prinċipju ġenerali [tad-dritt] tal-Unjoni (Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem) stabbiliti f’direttiva, u peress li jitqiesu bħala drittijiet soċjali fundamentali (Artikoli 151 u 153 TFUE), interpretazzjoni fis-sens li jista’ jirriżulta dritt għal kumpens [minħabba terminazzjoni ta’ impjieg] tal-membru tal-persunal mhux permanenti, jew billi jiġi ekwiparat għal membru tal-persunal kuntrattwali għal żmien determinat, ġaladarba s-sitwazzjoni tagħhom (bħala membru tal-persunal u bħala impjieg) tiddependi biss mill-persuna pubblika li timpjega, jew permezz tal-applikazzjoni diretta vertikali rispettiva tad-dritt primarju [tal-Unjoni], sabiex b’hekk ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim Qafas Anness mad-Direttiva 1999/70/KE ( 1 ), hija konformi mal-istess ftehim qafas?
3)
Fil-każ tal-eżistenza ta’ użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ta’ impjieg sabiex jiġu ssodisfatti l-ħtiġijiet permanenti, mingħajr ma tkun teżisti raġuni oġġettiva, liema kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-ħtieġa urġenti u imperattiva li tiġġustifikahom, fl-assenza ta’ sanzjonijiet jew limiti effettivi fid-dritt nazzjonali [Spanjol], kumpens, ekwiparabbli għal dak li jingħata fil-każ ta’ tkeċċija abbużiva, bħala sanzjoni adegwata, proporzjonata u dissważiva, huwa konformi mal-għanijiet li d-Direttiva 1999/70/KE tipprova tilħaq, bħala miżura għall-prevenzjoni tal-abbuż u sabiex konsegwentement jiġi eliminat il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta l-persuna li timpjega ma toffrix pożizzjoni permanenti lill-ħaddiem?
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p 368)
Full & Egal Universal Law Academy