Kawża C-183/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku
C2212018MT520120180309MT00065262
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Polonja) fid-9 ta’ Marzu 2018 – Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) vs Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku
(Kawża C-183/18)2018/C 221/06Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)
Konvenuta: Bank BGŻ BNP Paribas S.A. w Gdańsku
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 1(a), 9(3) u 20(1) u (2)(b) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji ( 1 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita, li imponiet sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika, għandha tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni minkejja li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-deċiżjoni qafas ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi tali sanzjoni fuq persuna ġuridika?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-terminu “persuna ġuridika” msemmi fl-Artikoli 1(a) u 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI għandu jiġi interpretat:
a.
skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat emittenti (Artikolu 1(c));
b.
skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni (Artikolu 1(d));
c.
bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni;
u konsegwentement, dan jinkludi wkoll fergħa ta’ persuna ġuridika, minkejja li tali fergħa ta’ persuna ġuridika ma għandhiex personalità ġuridika fl-Istat ta’ eżekuzzjoni?
( 1 ) ĠU 2006 L 159M
Full & Egal Universal Law Academy