4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Raúl Vítor Soares de Sousa vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-196/18)
(2018/C 190/14)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raúl Vítor Soares de Sousa
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-Artikolu 110 TFUE, jipprekludi regola fiskali, bħall-Artikolu 2(1)(a) u (b) tal-Código do Imposto Único de Circulação (il-Kodiċi tat-Taxxa Unika ta’ Ċirkolazzjoni), li tintaxxa b’mod ogħla vetturi tal-istess ditta, mudell, modalità ta’ kombustjoni u età, għar-raġuni li dawn ikunu ġew irreġistrati fi Stati Membri oħra?
Full & Egal Universal Law Academy