4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fl-20 ta’ Marzu 2018 – CeDe Group AB vs KAN Sp. z o.o. (fi stralċ)
(Kawża C-198/18)
(2018/C 190/15)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CeDe Group AB
Konvenuta: KAN Sp. z o.o. (fi stralċ)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1346/2000 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha azzjoni quddiem qorti Svediża mill-istralċarju ta’ kumpannija Pollakka suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza fil-Polonja, imressqa kontra kumpannija Svediża, għal ħlas ta’ merkanzija kkonsenjata skont kuntratt li dawn il-kumpanniji kkonkludew qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ insolvenza?
2)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-fatt li l-istralċarju jittraferixxi t-talba għal kreditu kontenzjuża lil kumpannija, li ssir parti fil-proċeduri minflok l-istralċarju, huwa ta’ importanza?
3)
Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, il-fatt li l-kumpannija li b’hekk issir parti fil-proċeduri insegwitu tkun hija stess suġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza, huwa ta’ importanza?
4)
Jekk f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda, il-konvenuta ssostni li t-talba għal kreditu kontriha invokata mill-istralċarju għandha tkun ikkumpensata b’talba kuntrarja għal kreditu li ġejja mill-istess kuntratt, din is-sitwazzjoni ta’ kumpens taqa’ taħt l-Artikolu 4(2)(d)?
5)
L-Artikoli 4(2)(d) u 6(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) huma applikabbli biss jekk il-liġi tal-Istat ta’ ftuħ ma tippermettix il-kumpens, jew l-Artikolu 6(1) jista’ japplika f’ċirkustanzi oħra, per eżempju fejn hemm differenza biss bejn l-ordinamenti legali rilevanti dwar id-dritt għal kumpens fejn ma hemm l-ebda differenza, iżda dak il-kumpens huwa, minkejja dan, irrifjutat fl-Istat tal-ftuħ?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [insolvenza] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191)
Full & Egal Universal Law Academy