Kawża C-200/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta vs Regione Emilia-Romagna et
C2402018MT1710120180319MT0019171171
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta vs Regione Emilia-Romagna et
(Kawża C-200/18)2018/C 240/19Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta
Konvenuti: Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 27 tar-Regolament li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-irkupru ta’ taxxa inkonnessjoni mal-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness IV u fit-Taqsima A tal-Anness V, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jimponi l-obbligu tal-ħlas fuq l-imprendituri agrikoli kollha anki meta dawn “jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ qtil u tqattigħ ta’ laħmijiet li jkunu aċċessorji u konnessi mal-attività ta’ trobbija tal-annimali”?
2)
Stat Membru jista’ jeskludi mill-ħlasijiet tas-sanità ċerti kategoriji ta’ impriżi meta dan ippreveda għal sistema ta’ rkupru ta’ taxxi li huwa adegwat sabiex tiġi żgurata b’mod globali l-kopertura tal-ispejjeż sostnuti għall-kontrolli uffiċjali jew li japplika tariffi inferjuri għal dawk previsti mir-Regolament 882/2004 ( 1 )?
( 1 ) Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200, rettifika fil-ĠU 2015, L 187, p. 91).
Full & Egal Universal Law Academy