Kawża C-204/18 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2018 minn Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquivir (Pebagua) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-715/16, Pebagua vs Il-Kummissjoni
C2682018MT2010120180318MT0026201212
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2018 minn Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquivir (Pebagua) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-715/16, Pebagua vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-204/18 P)2018/C 268/26Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Asociación de la pesca y acuicultura del entorno de Doñana y del Bajo Guadalquivir (Pebagua) (rappreżentant: A. J. Uceda Sosa, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla fl-intier tagħha s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li hija s-suġġett tal-appell;
—
tagħti deċiżjoni finali dwar it-tilwima, billi tilqa’ t-talba mressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza, u, għaldaqstant, tiddikjara null u mingħajr ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 ( 1 ); jew, sussidjarjament, tiddikjara null u mingħajr effett l-inklużjoni tal-ispeċi Procambarus clarkii fil-lista tal-Unjoni adottata mill-imsemmi regolament;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti fiż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Fid-digriet ikkontestat, il-Qorti Ġenerali ma teżaminax il-mertu tal-kawża peress li tikkunsidra li r-rikors huwa inammissibbli peress li l-appellanti ma għandhiex locus standi, dan jippresupponi ksur tat-tieni ipoteżi dwar il-locus standi skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, minħabba li r-regolament kontenzjuż jikkonċerna direttament lill-impriżi rappreżentati mill-appellanti u ma fihx miżuri ta’ implimentazzjoni.
( 1 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1141 tat-13 ta’ Lulju 2016 li jadotta lista ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 189, p. 4).
Full & Egal Universal Law Academy