Kawża C-208/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited
C2002018MT2310120180323MT0029231242
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited
(Kawża C-208/18)2018/C 200/29Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jana Petruchová
Konvenuta: FIBO Group Holdings Limited
Domanda preliminari
1)
L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li tiġi kklassifikata bħala konsumatur fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni anki persuna bħal dik inkwistjoni fil-proċedura prinċipali, li tinnegozja fis-suq internazzjonali tal-kambju tal-muniti FOREX billi attivament tpoġġi l-ordnijiet proprji tagħha, iżda permezz ta’ terza persuna li hija professjonista?
( 1 ) ĠU 2012, L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy