Kawża C-218/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Latte Più Srl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
C2402018MT2110120180326MT0024211222
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Latte Più Srl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
(Kawża C-218/18)2018/C 240/24Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Latte Più Srl, Azienda agricola Benedetti Pietro e Angelo s.s., Azienda agricola Bertoldo Leandro e Ferruccio s.s., Sila di Bettinardi Virgilio e Adriano s.s., Bonora Delis, Capparotto Giampaolo e Lorenzino s.s., Cristofori Alessandra, Cunico Antonio, Dal Degan Santo e Giovanni, Dalle Palle Silvano e Munari Teresa, Dalle Palle Tiziano, Fontana Luca, Gonzo Dino e Stefano s.s., Guarato Giuseppe, Guerra Giuseppe, Magrin Stefano e Renato s.s., Marcolin Graziano, Marin Daniele, Gabriele e Graziano s.s., Azienda agricola Mascot di Pilotto Bortolo e figli s.s., Azienda agricola 2000 di Mastrotto Giuseppe, Matteazzi Mario, Mazzaron Roberto, Pozzan Michele e Luca, Radin Alessandro, Raffaello Carlo e fratelli s.s., Azienda agricola Rodighiero Elena di Bartolomei Roberto e Michele s.s., Sambugaro Andrea, Scuccato Gervasio, Serafini Candida, Toffanin Giovanni e Mauro s.s., Trevisan Francesco, Zanettin Gianfranco e Giampietro s.s.
Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
Domandi preliminari
1)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 ( 1 ) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali filwaqt li l-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament huma ssodisfatti?
2)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li bbenefikaw minn effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta dan l-obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?
3)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 ( 2 ) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet differenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta eċċessivament billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u fuq il-prodotti tal-ħalib (ĠU L 405, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).
Full & Egal Universal Law Academy