Kawża C-219/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Brenta Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
C2402018MT2210120180326MT0025221232
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Brenta Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
(Kawża C-219/18)2018/C 240/25Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brenta Scrl, Michele Bianchin, Antonio Bortignon, Doriano Bortignon, Bruno Caron, Francesca Carraro, Antonio Didonè, Loris Donazzan, Rino Guidolin, Silvano Orsato, Valentino Rigo, Roberto Sacchetto, Emiliano Sonda, Azienda agricola Rebesco Antonio u Guerrino s.s.
Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
Domandi preliminari
1)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 ( 1 ) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali filwaqt li l-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-regolament huma ssodisfatti?
2)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li bbenefikaw minn effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta dan l-obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?
3)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 ( 2 ) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet differenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta eċċessivament billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u fuq il-prodotti tal-ħalib (ĠU L 405, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).
Full & Egal Universal Law Academy