Kawża C-222/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Marzu 2018 – VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet
C2212018MT910120180318MT001091102
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Marzu 2018 – VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet
(Kawża C-222/18)2018/C 221/10Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.
Konvenut: Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet
Domanda preliminari
L-Artikoli 3(k) u 11(1) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali ( 1 ), għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kuntrarja għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti tat-tabib u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u għaldaqstant inkompatibbli ma’ dan il-prinċipju u din il-libertà, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-riċetti mediċi jinqasmu f’żewġ kategoriji u hija biss waħda minn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ riċetti tat-tabib li tippermetti l-għoti ta’ prodott mediċinali lil tabib li jeżerċita l-attività tiegħu fil-qasam ta’ kura tas-saħħa fi Stat differenti mill-Istat Membru inkwistjoni?
( 1 ) ĠU 2011, L 88, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy