Kawża C-232/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fid-29 ta’ Marzu 2018 – Banco Popular Español, S.A. vs María Ángeles Díaz Soria, Miguel Ángel Góngora Gómez, José Antonio Sánchez González u Dolores María del Águila Andújar
C2402018MT2310120180329MT0026231231
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fid-29 ta’ Marzu 2018 – Banco Popular Español, S.A. vs María Ángeles Díaz Soria, Miguel Ángel Góngora Gómez, José Antonio Sánchez González u Dolores María del Águila Andújar
(Kawża C-232/18)2018/C 240/26Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Almería
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banco Popular Español S.A.
Konvenuti: María Ángeles Díaz Soria, Miguel Ángel Góngora Gómez, José Antonio Sánchez González u Dolores María del Águila Andújar
Domandi preliminari
1)
Regola bħal dik prevista fl-Artikolu 465.5 tal-Ley de Enjuiciamiento Civil 1/2000 spanjola (il-Liġi Spanjola Nru 1/2000 dwar il-Proċedura Ċivili), li tillimita l-possibbiltà tal-Qorti ta’ Appell [Spanjola] li tevalwa ex officio l-konsegwenzi kollha ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità, meta fl-ewwel istanza dawn ikunu ġew ikkonstatati b’mod limitat u s-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza, li tiddikjara n-nullità tal-klawżola, ma tkunx ġiet appellata mill-konsumatur, hija kompatibbli mal-prinċipju previst fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 ( 1 )?
2)
Jekk dak li ntqal hawn fuq jimplika li jiġu limitati l-effetti li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni ta’ natura inġusta ta’ klawżola bħal dik inkwistjoni fil-konfront ta’ persuna li tkun ressqet ilment bis-saħħa tal-ġurisprudenza stabbilita mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) [fis-sentenza] tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2013 u ddikjarata mhux valida [mis-sentenza] tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Diċembru 2016 ( 2 ), dan ikun kompatibbli mal-prinċipji previsti fl-Artikoli 6(1) u 7(1) tal-imsemmija direttiva?
3)
Is-saħħa ta’ res judicata konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali (jew mal-analiżi li tkun tista’ ssir mill-qorti [ta’ appell nazzjonali] tal-klawżola meta tkun appellat biss il-parti li tiddefendi l-validità tagħha) ikollha effett biss fuq in-nullità ta’ klawżola li tkun setgħet ġiet iddikjarata (jew le), jew ukoll fuq l-effetti sħaħ li jirriżultaw mill-imsemmija nullità meta dawn ikunu ġew limitati fid-deċiżjoni ġudizzjarja u meta ebda parti ma tkun ikkontestathom?
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
( 2 ) Sentenza tal-21 ta’ Diċembru 2016, Gutiérrez Naranjo et (C-154/15, C-307/15 u C-308/15, EU:C:2016:980).
Full & Egal Universal Law Academy