Kawża C-241/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (l-Italja) fil-5 ta’ April 2018 – EasyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania
C2402018MT2510120180405MT0028251251
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (l-Italja) fil-5 ta’ April 2018 – EasyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania
(Kawża C-241/18)2018/C 240/28Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: EasyJet Airline Co. Ltd
Konvenuta: Regione Campania
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 4 u 5 u l-Anness II tad-Direttiva 30/2002/KE ( 1 ) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni bħal dik li tidher fl-Artikolu 1, paragrafi 169 sa 174, tal-Liġi Nru 5/2013 tar-reġjun ta’ Campania, peress li l-istabbiliment tat-taxxa ma huwiex preċedut minn pjan globali dwar il-miżura li għandha tiġi adottata biex tikkontjeni l-istorbju fl-ajruporti u żoni tal-konfini, fis-sens tal-Artikolu 5 u tal-Anness II tal-imsemmija direttiva?
( 1 ) Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 96).
Full & Egal Universal Law Academy