Kawża C-258/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ April 2018 – H. Solak vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
C2762018MT1410120180413MT0020141141
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ April 2018 – H. Solak vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
(Kawża C-258/18)2018/C 276/20Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: H. Solak
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Domandi preliminari
1)
Ċittadin Tork li daħal fis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru, u li kiseb in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru mingħajr ma rrinunzja għan-nazzjonalità Torka tiegħu u li rrinunzja sussegwentement u b’mod volontarju għan-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru ospitanti u, b’dan il-mod, għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jista’ jinvoka l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 3/80 ( 1 ) sabiex joħroġ mill-obbligu ta’ residenza previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ sigurtà soċjali u li jista’ jiġi inforzat fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni?
2)
L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 għandu jiġi interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4a tat-TW ( 2 ), li tgħid li l-benefiċċju supplimentari mogħti huwa sospiż meta l-benefiċjarju jiċċaqlaq lejn it-Turkija, anki jekk dan telaq mit-territorju tal-Istat Membru fuq inizjattiva tiegħu stess wara li rrinunzja b’mod volontarju għan-nazzjonalità ta’ Stat Membru u meta ma jkunx ġie stabbilit li huwa ma għadux jagħmel parti mis-suq regolari tal-impjieg f’dan l-Istat Membru?
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).
( 2 ) Wet van 6 november 1986, houdende verlening van toeslagen tot het relevante sociaal minimum aan uitkeringsgerechtigden op grond van de Werkloosheidswet, de Ziektewet, de Algemene Arbeidsongeschiktheidswet, de Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzekering en de Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen (toeslagenwet).
Full & Egal Universal Law Academy