Kawża C-261/18: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs l-Irlanda
(Kawża C-261/18)
2018/C 240/29Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, aġent, J. Tomkin, aġent)
Konvenuta: l-Irlanda
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
li tiddikjara li billi naqset li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mat-tieni motiv tas-sentenza ta’ din il-qorti fil-Kawża C-215/06 ( 1 ), Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu Article 260 TFUE;
—
li tordna lill-Irlanda tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa ta’ EUR 1 343.2 immoltiplakata bin-numru ta’ jiem bejn is-sentenza fil-Kawża C-215/06, u, jew sa meta l-Irlanda tottempera ruħha mas-sentenza jew sa meta tingħata s-sentenza f’din il-proċedura, liema waħda minnhom tiġi l-ewwel, b’somma f’daqqa minima ta’ EUR 1685,000;
—
li tordna lill-Irlanda li tħallas lill-Kummissjoni penali ta’ EUR 12264 kull jum mid-data tas-sentenza f’din il-proċedura sad-data ta’ meta l-Irlanda tottempera ruħha mas-sentenza fil-Kawża C-215/06; u
—
tikkundanna lil l-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Irlanda hija obbligata taħt l-Artikolu 260(1) TFEU, li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tottempera ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-215/06. Peress li l-Irlanda ma ħaditx dawk il-miżuri neċessarji sabiex tottempera ruħha mat-tieni motiv ta’ dik is-sentenza, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.
Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex timponi ħlas ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 1343,2 kull jum u ħlas ta’ penali ta’ EUR 12,264 kull jum fuq l-Irlanda. L-ammont tas-somma f’daqqa u l-ħlas tal-penali ġie kkalkolat inkunsiderazzjoni tas-serjetà u tat-tul tal-ksur u tal-effett deterrenti bbażat fuq il-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru.
( 1 ) Is-sentenza tat-3 ta’ Lulju 2008, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, C-215/16, EU:C:2008:380.