Kawża C-264/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-13 ta’ April 2018 – P. M., N. G.d.M., P. V.d.S. vs Ministerraad
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-13 ta’ April 2018 – P. M., N. G.d.M., P. V.d.S. vs Ministerraad
(Kawża C-264/18)
2018/C 276/22Lingwa tal-kawża: l-OlandiżQorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P. M., N. G.d.M., P. V.d.S.
Konvenut: Ministerraad
Domanda preliminari
L-Artikolu 10(c) u (d)(i), (ii) u (v) tad-Direttiva 2014/24/UE ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza, flimkien jew le mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà u mal-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn is-servizzi previsti minnu huma esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti li jinsabu fid-direttiva hawn fuq iċċitata, li madankollu jiggarantixxu kompetizzjoni sħiħa u moviment liberu fl-għoti ta’ kuntratti għal servizzi mill-awtoritajiet pubbliċi?
( 1 ) ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68.