Kawża C-268/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) fit-18 ta’ April 2018 – SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor
(Kawża C-268/18)
2018/C 249/16Lingwa tal-kawża: ir-RumenQorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Onlineshop SRL
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor
Domandi preliminari
1)
In-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana ( 1 ), kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 ( 2 ), għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni GPS PNI S 506 inkwistjoni f’din il-kawża jaqgħu taħt is-subintestatura tariffarja 852691, subintestatura 852691 20, jew taħt l-intestatura 8528, subintestatura 8528 59 00, ta’ din in-nomenklatura?
2)
Il-verżjonijiet tan-Nomenklatura Magħquda li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 ( 3 ) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 ( 4 ) huma rilevanti għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tariffarja korretta tal-apparat bħas-sistemi ta’ navigazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ, fis-sens li jistgħu jiġu applikati b’analoġija għal prodotti li għandhom similaritajiet mas-sistema ta’ navigazzjoni kkonċernata, b’mod partikolari jekk l-applikazzjoni b’analoġija ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tiffavorixxi l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda magħmula mill-amministrazzjoni doganali?
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382).
( 2 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU 2016, L 294, p. 1).
( 3 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 698/2012 tal-25 ta’ Lulju 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2012, L 203, p. 34).
( 4 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2014 tad- 29 ta’ April 2014 li jemenda ċerti regolamenti dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU 2014, L 133, p. 43).