Kawża C-269/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ April 2018 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, J, S, partijiet oħra fil-proċedura: C, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
C2762018MT1620120180419MT0024162172
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ April 2018 – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, J, S, partijiet oħra fil-proċedura: C, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-269/18)2018/C 276/24Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, J, S
Parti(jiet) oħra fil-proċedura: C, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Domandi preliminari
1)
Fil-każ fejn awtorità responsabbi mid-determinazzjoni ċaħdet applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala manifestament infondata fis-sens tal-Artikolu 46(6)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni), u li skont id-dritt nazzjonali, ir-rikors ġudizzjarju kontra din id-deċiżjoni ta’ ċaħda ma għandux effett sospensiv awtomatiku, l-Artikolu 46(8) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretatat fis-sens li s-sempliċi fatt li titressaq talba għal miżuri provviżorji għandu bħala konsegwenza li l-applikant ma jibqax iktar residenti illegali fit-territorju tal-Istat Membru kkunsidrat, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE ( 2 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u jaqa’, għal din ir-raġuni, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/33/UE ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid)?
2)
Huwa importanti, għar-risposta għall-ewwel domanda, li d-dritt nazzjonali – fid-dawl tal-prinċipju ta’ non-refoulement – ma jipprevedix li l-applikant jitneħħa qabel ma qorti, fuq talba, tkun iddeċidiet li ma jistax ikun hemm aspettattiva ta’ deċiżjoni tal-appell kontra d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ protezzjoni internazzjonali?
( 1 ) ĠU 2013, L 180, p. 60.
( 2 ) ĠU 2018, L 348, p. 98.
( 3 ) ĠU 2013, L 180, p. 96.
Full & Egal Universal Law Academy