Kawża C-275/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství
C2212018MT1210120180423MT0014121132
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-275/18)2018/C 221/14Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Milan Vinš
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Domandi preliminari
1)
Id-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fuq oġġetti intiżi għall-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ( 1 ) tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi suġġett għat-tqegħid minn qabel tal-oġġetti kkonċernati taħt sistema doganali partikolari (kif jipprevedi l-Artikolu 66 tal-Liġi Ċeka Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud)?
2)
Tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 131 tad-Direttiva dwar il-VAT bħala kundizzjoni intiża li tipprevjeni kwalunkwe evażjoni, evitar u abbuż?
( 1 ) ĠU 2006, L 347, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy