Kawża C-281/18 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 minn Repower AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-21 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-727/16 – Repower vs EUIPO
C2592018MT2410120180424MT0034241252
Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2018 minn Repower AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-21 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-727/16 – Repower vs EUIPO
(Kawża C-281/18 P)2018/C 259/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Repower AG (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein, H. P. Kunz-Hallstein, V. Kling, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea,
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla l-ewwel punt tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018, fil-Kawża T-727/16, sa fejn ir-rikors ġie miċħud;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 (Każ R 2311/2014-5 (REV));
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
L-EUIPO ma kienx awtorizzat jissostitwixxi l-motivazzjoni tar-revoka fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. L-EUIPO emenda s-suġġett tal-kawża u kiser id-dritt għal smigħ kif ukoll l-obbligu li jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu.
2.
Il-prinċipju ġenerali tad-dritt li jawtorizza l-irtirar ta’ att amministrattiv illegali ma kienx applikabbli f’dan il-każ. Il-leġiżlazzjoni ma fiha ebda lakuna ġuridika. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 80 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxu lex specialis.
3.
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, ir-rikorrenti ma kellhiex l-oneru li tesponi l-ineżistenza ta’ prinċipju ta’ rtirar tal-atti amministrattivi illegali fl-Istati Membri.
4.
Anki jekk wieħed jippreżupponi li tali prinċipju ġenerali huwa applikabbli fil-qasam tal-liġi dwar it-trade marks, il-kundizzjonijiet għal revoka totali ma kinux issodisfatti, u dan minħabba l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
5.
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell fiha nuqqas ta’ motivazzjoni serju.
Full & Egal Universal Law Academy