Kawża C-282/18 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 minn The Green Effort Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-794/17, The Green Effort Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Appell ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 minn The Green Effort Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-794/17, The Green Effort Ltd vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-282/18 P)
2018/C 285/31Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Appellanti: The Green Effort Ltd (rappreżentant: A. Ziehm, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Frar 2018 (Kawża T-794/17), fl-intier tagħha.
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;
—
tannulla r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata bin-Nru 9 528 001;
—
tiċħad l-applikazzjoni għar-revoka tad-drittijiet
—
tilqa’ t-talba tagħha għal restitutio in integrum;
—
tikseb u tagħmel riferiment għad-dokumenti tal-proċedimenti ta’ annullament 12343 C, 10757 C, 10524 C, kif ukoll tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 002165119; B 002199274; B 002344565; B 002367038; B 002513086, u B 002513151;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-applikant għall-annullament sabiex ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka s-sitt aggravji li ġejjin, li skonthom id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kienet fondata fuq l-ewwel aggravju, u t-tieni sas-sitt aggravji juru li d-deċiżjoni hija infondata għal raġunijiet oħra.
L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni Nru 17-4 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tas-16 ta’ Awwissu 2017 dwar il-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.
L-argumenti insostenn tal-appell: Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li notifika għandha titqies li seħħet fil-ħames jum tal-kalendarju mill-jum li fih id-dokument ikun inħoloq mis-sistemi tal-EUIPO. Għal din ir-raġuni l-Qorti Ġenerali b’mod skorrett ikkalkolat il-perijodu għat-tressiq tal-kawża kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2017 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.
It-tieni aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex it-talba għar-revoka mill-applikant għall-annullament ma kinitx ammissibbli minħabba mala fide u stqarrija tal-fatti skorretta.
It-tielet aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex il-prova ta’ użu ġenwin tal-proprjetarju ġiet ippreżentata lill-EUIPO fit-termini legali skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 ( 1 ).
Ir-raba’ aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex il-prova ta’ użu ġenwin tal-proprjetarju ġiet ippreżentata lill-EUIPO fit-termini stabbiliti mill-EUIPO.
Il-ħames aggravju: l-appell għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-drittijiet tal-appellanti għaliex, jekk l-EUIPO naqas milli jirċievi l-prova tal-użu ġenwin permezz tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika u/jew permezz ta’ trażmissjoni bil-faks, dan kien minħabba nuqqasijiet tekniċi f’dawk is-sistemi.
Is-sitt aggravju: l-aggravju għandu jiġi ddikjarat fondat peress li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-EUIPO jiksru d-dirttijiet tal-appellanti għaliex l-EUIPO, u sussegwentement it-Tieni Bord tal-Appell, b’mod żbaljat ċaħdu t-talba tal-appellanti għal restitutio in integrum.
( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189).