Kawża C-283/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fil-25 ta’ April 2018 – Liliana Beatriz Moya Privitello u Sergio Daniel Martín Durán vs Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
C2592018MT2510120180425MT0035251251
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Almería (Spanja) fil-25 ta’ April 2018 – Liliana Beatriz Moya Privitello u Sergio Daniel Martín Durán vs Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
(Kawża C-283/18)2018/C 259/35Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Almería
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Liliana Beatriz Moya Privitello u Sergio Daniel Martín Durán
Konvenuti: Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
Domandi preliminari
1)
L-użu ta’ wieħed mill-indiċijiet ta’ referenza fis-suq, f’kuntratti ta’ self ipotekarju fit-tul b’interessi varjabbli, li ġie ppubblikat uffiċjalment mill-Banco de España, jeskludi l-istħarriġ ġudizzjarju tiegħu fir-rigward tat-trasparenza, inkluż fil-każ fejn intużaw l-indiċijiet espressament awtorizzati mil-leġiżlazzjoni speċifika, jekk din il-leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet jagħżlu l-indiċi u l-imsemmi bank ikun għamel użu minn wieħed minn dawn l-indiċijiet mingħajr ma informa lill-klijent bl-eżistenza ta’ indiċijiet oħra applikabbli li huma iktar favorevoli għall-konsumatur?
2)
Sa fejn din il-leġiżlazzjoni tippermetti li l-indiċi ta’ referenza applikabbli jintgħażel minn fost dawk previsti, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali (jiġifieri, fost l-oħrajn u prinċipalment, l-Orden de 5 de mayo de 1994 sobre transparencia de las condiciones financieras de los préstamos hipotecarios (id-Digriet tal-5 ta’ Mejju 1994 dwar it-Trasparenza tat-Termini Finanzjarji ta’ Self Ipotekarju), l-Orden EHA/2899/2011, de 28 de octubre, de transparencia y protección del cliente de servicios bancarios (id-Digriet EHA/2899/2011 tat-28 ta’ Ottubru dwar it-Trasparenza u l-Protezzjoni tal-Klijent ta’ Servizzi Bankarji), iċ-Circular 5/2012, de 27 de junio, del Banco de España, a entidades de crédito y proveedores de servicios de pago, sobre transparencia de los servicios bancarios y responsabilidad en la concesión de préstamos (iċ-Ċirkolari tal-Banco de España 5/2012 tas-27 ta’ Ġunju lil istituzzjonijiet ta’ kreditu u lil fornituri ta’ servizzi ta’ ħlas, dwar it-trasparenza ta’ servizzi bankarji u ta’ responsabbiltà fl-għoti ta’ self), li timplementa l-Ley 10/2014, de 26 de junio, de ordenación, supervisión y solvencia de entidades de crédito (il-Liġi 10/2014 tas-26 ta’ Ġunju dwar l-Organizzazzjoni, is-Superviżjoni u s-Solvenza ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu) jew il-preċedessur tagħha, l-Artikolu 48 tal-Ley 26/1988, de 29 de julio, sobre Disciplina e Intervención de las Entidades de Crédito (il-Liġi 26/1988 tad-29 ta’ Lulju dwar is-Superviżjoni u l-Kontroll ta’ Stabbilimenti ta’ Kreditu), tista’ titqies bħala li tikkostitwixxi “disposizzjonijiet mandatarji statutorji jew regolatorji” għall-finijiet ta’ kuntratti ta’ self ipotekarju fit-tul b’interessi varjabbli, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/13/KEE ( 1 )?
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy