Kawża C-293/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
C2592018MT2620120180426MT0037262272
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fis-26 ta’ April 2018 – Sindicato Nacional de CCOO de Galicia vs Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
(Kawża C-293/18)2018/C 259/37Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional de CCOO de Galicia
Konvenuti: Unión General de Trabajadores de Galicia (UGT), Universidad de Santiago de Compostela, Confederación Intersindical Gallega
Domandi preliminari
1)
Għandu jitqies li l-ħaddiema rreklutati skont l-Artikolu 20 tal-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, li ta lok għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 ( 1 )?
2)
Il-kumpens għax-xoljiment tal-kuntratti ta’ xogħol għandu jitqies bħala kundizzjoni tax-xogħol skont il-[Klawżola 4] tal-Ftehim Qafas?
3)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiema rreklutati skont il-Ley 14/20[1]1, de 1 de junio, de la Ciencia, [la] Tecnología y la Innovación, u x-xoljiment tal-kuntratti għal żmien indeterminat għal raġunijiet oġġettivi skont l-Artikolu 52 tal-Estatuto de los Trabajadores, għandhom jitqiesu bħala paragunabbli?
4)
Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, teżisti xi raġuni leġiżlattiva li tiġġustifika d-differenzi?
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
Full & Egal Universal Law Academy