27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fit-2 ta Mejju 2018 – Humbert Jörg Köfler et
(Kawża C-297/18)
(2018/C 301/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Murtal
Parti oħra fil-proċedura: Finanzpolizei
Domanda preliminari
L-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali li, għal ksur imwettaq b’negliġenza, tipprevedi, mingħajr ma tistabbilixxi limiti, multi amministrattivi ta’ ammont għoli, b’mod partikolari sanzjonijiet minimi għoljin, u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, pieni ta’ priġunerija ta’ diversi snin?
Full & Egal Universal Law Academy