11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/19
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 minn Schniga GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-23 ta’ Frar 2018 fil-Kawża T-445/16, Schniga GmbH vs L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
(Kawża C-308/18 P)
(2019/C 93/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Schniga GmbH (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze u T. Wittmann, Rechtsanwälte)
Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)
B’digriet tat-8 ta’ Novembru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż rispettivi tagħha.