24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/3
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2018 mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-7 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-6/17 – Equivalenza Manufactory vs EUIPO – ITM Entreprises (Black Label by Equivalenza)
(Kawża C-328/18)
(2018/C 341/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Equivalenza Manufactory, S.L. e ITM Entreprises SAS
Talbiet
L-appellanti jitlobu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza appellata.
—
tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għar-raġunijiet li ġejjin:
1.
Il-Qorti Ġenerali tikkontradixxi lilha nnifisha billi tirrikonoxxi li hemm xebh viżiv u fl-istess ħin tiċħad li s-sinjali jixtiebħu mill-pjan viżiv;
2.
Il-Qorti Ġenerali twettaq żball billi tikkonferma mingħajr kundizzjonijiet l-allegata differenza kunċettwali evalwata mill-Bord tal-Appell;
3.
Il-Qorti Ġenerali twettaq żball meta teżamina d-drawwiet tax-xiri fil-kuntest tal-eżami tax-xebh tas-sinjali, minflok ma tagħmel dan fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni;
4.
Il-Qorti Ġenerali twettaq żball meta tiddikjara li s-sinjali kunfliġġenti ma jixxibħux, minkejja li rrikonoxxiet ix-xebh medju tagħhom mil-livell fonetiku.
Full & Egal Universal Law Academy