Kawża C-332/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2018 minn Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-13 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża T-542/11 RENV, Alouminion tis Ellados VEAE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-332/18 P)
2018/C 285/37Lingwa tal-kawża: il-GriegPartijiet
Appellant: Mytilinaios Anonymos Etairia – Omilos Epicheiriseon (Rappreżentanti: N. Korogiannakis, N. Keramidas, E. Chrysafis u D. Diakopoulos, dichigoroi, u K. Struckmann, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu fil-Kawża Τ-542/11 RENV (ECLI:EU:T:2018:132);
—
taqta’ l-kawża hija nnifisha;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2011; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tal-appellant fir-rigward tal-proċeduri kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
Żbalji ta’ liġi u żnaturament tal-fatti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar jekk il-miżura inkwistjoni kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari dwar jekk il-miżura kinitx tikkostitwixxi vantaġġ, dwar l-evalwazzjoni tal-vantaġġ, dwar ir-rifjut li teżamina l-kwistjoni ta’ ġustifikazzjoni ekonomika, u dwar l-applikazzjoni korretta tal-oneru tal-prova peress li r-Repubblika Ellenika ma ressqet ebda argumenti bħal dawn matul il-proċedura amministrattiva, u żball ta’ liġi fir-rigward tat-trattament tal-argumenti tal-appellant dwar il-“kriterju ta’ investitur privat”.
2.
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-selettività tal-vantaġġ.
3.
Żbalji ta’ liġi u żnaturament tas-sens ċar tal-evidenza fir-rigward tal-effetti tal-miżura inkwistjoni fuq il-kummerċ u fuq il-kompetizzjoni.