Kawża C-335/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AK
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AK
(Kawża C-335/18)
2018/C 276/31Lingwa tal-kawża: il-BulgaruQorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
AK
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1889/2005 ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-konfiska awtomatika, favur l-Istat, tas-somma flus li ma kinitx debitament iddikjarata mal-qsim ta’ fruntiera esterna tal-Unjoni, għas-sempliċi raġuni li ma kinitx iddikjarata u mingħajr ma din il-konfiska ma tkun meħtieġa sabiex tiġi stabbilita l-oriġini ta’ dawn il-flus?
2)
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward taċ-ċirkustanzi deskritti fl-ewwel domanda, ma tipprevedix biss piena ta’ ċaħda tal-libertà ta’ mhux iktar minn ħames snin jew multa f’ammont ta’ wieħed minn ħamsa tal-valur tar-reat, iżda tipprevedi wkoll il-konfiska obbligatorja, favur l-Istat, tal-corpus delicti, irrispettivament mill-oriġini tal-flus li ma jkunx ġie ddikjarat?
( 1 ) Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU 2005, L 309, p. 9).