Kawża C-336/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra EP
C2762018MT2310120180523MT0032231231
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra EP
(Kawża C-336/18)2018/C 276/32Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Sofia
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
EP
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1889/2005 ( 1 ), li jipprevedi l-konfiska tas-somma flus li ma tkunx ġiet iddikjarata konformement mar-regoli previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-konfiska awtomatika ta’ din is-somma, favur l-Istat, minħabba s-sempliċi fatt li ma ġietx iddikjarata, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi evalwata l-oriġini tagħha, jew, inkella, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1889/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti biss iż-żamma provviżorja tas-somma flus sakemm l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jevalwaw l-oriġini tagħha? Għaldaqstant, l-Artikolu 251(2) tan-Nakazatelen Kodeks (il-Kodiċi Kriminali) huwa konformi mal-possibbiltà mogħtija fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament?
2)
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda: l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, il-kumulu tal-pieni ta’ ċaħda ta’ libertà, ta’ multa u ta’ konfiska, favur l-Istat, tas-somma flus mhux iddikjarata, mingħajr evalwazzjoni tal-oriġini ta’ din is-somma flus? L-applikazzjoni tal-Artikolu 251(1) flimkien mal-Artikolu 251(2) tal-Kodiċi Kriminali, li twassal għal-impożizzjoni tal-piena prevista fl-Artikolu 251(1) tal-Kodiċi Kriminali u, kif tirriżulta mid-deċiżjoni ġudizzjarja ta’ kundanna, il-konfiska favur l-Istat tas-somma mhux iddikjarata (corpus delicti fis-sens tal-Artikolu 251(1) tal-Kodiċi Kriminali u obbligu ta’ konfiska fis-sens tal-Artikolu 251(2) tal-Kodiċi Kriminali), hija konformi mar-rekwiżit tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1889/2005 li s-sanzjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 3 tar-Regolament għandha tkun effettiva, dissważiva u proporzjonata man-nuqqas imwettaq u mal-perikolu soċjali li jirrappreżenta dan in-nuqqas?
( 1 ) Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU 2005, L 309, p. 9).
Full & Egal Universal Law Academy