Kawża C-337/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Mejju 2018 – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
(Kawża C-337/18)
2018/C 285/39Lingwa tal-kawża: it-TaljanQorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: Via Lattea Scrl, Alba Gilberto, Antonio Barausse, Gabriele Barausse, Azienda Agricola Benvegnù Gianni Battista e Giangaetano s.s., Domenico Brogliato s.s., Cesare Filippi, Michele Filippi, Fontana Fidenzio e Fabrizio s.s., Giovanni Gastaldello, Tiziano Giaretta, Azienda Agricola Guadagnin Gianni ed Emanuele s.s., Il Moretto di Martinazza Laura s.s., Marini Alessandro e Domenico s.s., Azienda Agricola Milan Sergio & C. s.s., Matteo Mosele, Luciano Mosele, Ennio Mosele, Renato Munaretto, Azienda Agricola Pain di Gazzola Luigi, Azienda Agricola Parise Luigi, Angelo, Francesco e Giancarlo, Sillo Zefferino Maurizio s.s., Storti Danilo e Nicoletta s.s., Tosatto Paolo e Federico s.s., Vivaldo Emilio e Pierino s.s., Giuseppe Zanettin
Partijiet oħra fil-proċedura: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto
Domandi preliminari
1)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 ( 1 ) għandha bħala konsegwenza l-ineżistenza tal-obbligu għall-produtturi li jħallsu t-taxxa addizzjonali, jekk il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi regolament jiġu ssodisfatti?
2)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aspettattivi tal-persuni li jkunu osservaw obbligu impost minn Stat Membru, u li jkunu bbenefikaw mill-effetti marbuta mal-osservanza ta’ dan l-obbligu, ma jgawdux minn tali protezzjoni meta l-imsemmi obbligu jirriżulta li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni?
3)
F’sitwazzjoni bħal dik deskritta u li hija s-suġġett tal-proċedura fuq il-mertu, l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 ( 2 ) u l-kunċett ta’ “kategorija ta’ prijorità” fid-dritt tal-Unjoni jipprekludu dispożizzjoni ta’ Stat Membru li, bħall-Artikolu 2(3) tad-Digriet-Liġi Nru 157/2004 adottat mir-Repubblika Taljana, tipprevedi modalitajiet iddifferenzjati ta’ rimbors tat-taxxa addizzjonali imposta b’mod eċċessiv billi, għall-finijiet ta’ skaletta u tal-modalitajiet ta’ rimbors, tagħmel distinzjoni bejn il-produtturi li jkunu qiesu lilhom infushom vinkolati minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tirriżulta kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u dawk il-produtturi li ma jkunux osservaw din id-dispożizzjoni?
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 tad-9 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104).