Kawża C-341/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et
C2942018MT1610120180524MT0021161161
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Mejju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs J. et
(Kawża C-341/18)2018/C 294/21Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Konvenuti: J. et
Partijiet oħra: C. u H. et
Domanda preliminari
L-Artikolu 11(1) tar-Regolament 2016/399 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz li preċedentement daħal fiż-żona Schengen, pereżempju minn ajruport internazzjonali, joħroġ fis-sens tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen hekk kif, bħala baħħar, jingħaqad ma’ bastiment li diġà jinsab f’port marittimu li huwa fruntiera esterna, indipendentement minn jekk, u jekk iva meta, huwa ser jitlaq minn dan il-port marittimu fuq dan il-bastiment? Jew, sabiex ikun hemm ħruġ, għandu l-ewwel jiġi stabbilit li l-baħħar ser jitlaq il-port marittimu fuq il-bastiment ikkonċernat, u jekk iva, japplika terminu li fih it-tluq għandu jseħħ u f’liema mument għandu jitqiegħed it-timbru ta’ ħruġ? Jew għandu mument ieħor, f’kundizzjonijiet differenti jew le, jitqies bħala “ħruġ”?
( 1 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy