Kawża C-348/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
C2942018MT1710120180529MT0023171171
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Mejju 2018 – Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
(Kawża C-348/18)2018/C 294/23Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Agricola Barausse Antonio e Gabriele – Società semplice
Konvenuta: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA)
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92 ( 1 ), għandu jiġi interpretat – anki fid-dawl tal-motivi esposti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-5 ta’ Mejju 2011, Kurt und Thomas Etling et (C-230/09 u C-231-09), b’rabta mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru [1788]/2003 ( 2 ) – fis-sens li l-allokazzjoni tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali intiża għall-kunsinni tista’ ssir skont kriterji oġġettivi ta’ prijorità ffissati mill-Istati Membri, jew inkella għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-fażi ta’ aġġustament għandha tiġi rregolata minn kriterju esklużiv ta’ proporzjonalità?
( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992, li jistabbilixxi taxxa addizzjonali fil-qasam tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (ĠU 1992, L 405, p. 1).
( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391).
Full & Egal Universal Law Academy