Kawża C-356/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Christian Gmoser vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich
C2942018MT2210120180531MT0029221221
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Mejju 2018 – Christian Gmoser vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich
(Kawża C-356/18)2018/C 294/29Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christian Gmoser
Konvenuta: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619/KEE (It-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) ( 1 ), fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) ( 2 ), moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni relatata mal-fakultà ta’ kanċellazzjoni għandha tinkludi wkoll indikazzjoni li l-kanċellazzjoni ma hija suġġetta għal ebda forma partikolari?
2)
Ikun għadu possibbli, minħabba t-trażmissjoni ta’ informazzjoni żbaljata dwar id-dritt ta’ kanċellazzjoni, li kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jiġi kkanċellat wara li dan ikun ġie xolt wara avviż ta’ xoljiment (u xiri mill-ġdid) min-naħa tad-detentur tal-polza?
( 1 ) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, ĠU 1990, L 330, p. 50.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE u 90/619/KEE (It-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), ĠU 1992, L 360, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy