3.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Járásbíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Weil Ágnes vs Gulácsi Géza
(Kawża C-361/18)
(2018/C 311/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szekszárdi Járásbíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Weil Ágnes
Konvenut: Gulácsi Géza
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru li tkun adottat id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi awtomatikament, fuq talba ta’ parti, iċ-ċertifikat dwar id-deċiżjoni mingħajr ma tivverifika li l-kawża taqa’ taħt ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012?
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għal rimbors bejn sieħba de facto taqa’ taħt id-drittijiet tal-proprjetà relatati ma’ relazzjonijiet li huma meqjusa li għandhom effetti (ġuridiċi) komparabbli ma’ dawk taż-żwieġ?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy