Kawża C-366/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – José Manuel Ortiz Mesonero vs UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)
C2942018MT2520120180605MT0034252262
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Ġunju 2018 – José Manuel Ortiz Mesonero vs UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)
(Kawża C-366/18)2018/C 294/34Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: José Manuel Ortiz Mesonero
Konvenuti: UTE Luz Madrid Centro (komposta mill-kumpanniji kummerċjali SICE S.A., Urbalux S.A. ImesAPI S.A. Extralux S.A. u Citelum Ibérica S.A.)
Domanda preliminari
L-Artikoli 8, 10 u 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 23 u 33(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikoli 1 u 14(1) tad-Direttiva 2006/54 ( 1 ), moqrija fid-dawl tad-Direttiva 2010/18 ( 2 ), li timplimenta l-Ftehim Qafas dwar il-leave tal-ġenituri, jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 37(6) tal-Estatuto de los Trabajadores (il-Kodiċi tax-Xogħol), li jissuġġetta l-eżerċizzju tad-dritt tal-ħaddiem li jirrikonċilja l-ħajja familjari tiegħu mal-ħajja professjonali tiegħu sabiex jieħu ħsieb b’mod dirett minuri jew membri tal-familja tiegħu li jkunu taħt il-kustodja tiegħu għall-kundizzjoni li fi kwalunkwe każ il-ħaddiem għandu għal dan l-għan inaqqas il-ħin tax-xogħol ordinarju tiegħu u konsegwentement ibati tnaqqis proporzjonali fis-salarju tiegħu?
( 1 ) Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU 2006, L 204, p. 23).
( 2 ) Direttiva tal- Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU 2010, L 68, p. 13).
Full & Egal Universal Law Academy