Kawża C-373/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Portugall) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira
C2942018MT2710120180607MT0036271271
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel (il-Portugall) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-373/18)2018/C 294/36Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal de Penafiel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prosa – Produtos e Serviços Agrícolas
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
Il-paragrafu 26.1 tat-Tariffa Ġenerali relatata mat-Taxxa tal-Boll, skont il-verżjoni emendata bl-Artikolu 3 tad-Digriet Liġi Nru 322-B/2001 tal-14 ta’ Diċembru, sa fejn dan jipprevedi l-applikazzjoni tat-Taxxa tal-Boll fil-kostituzzjoni ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju (kumpannija b’responsabbiltà limitata), li l-kapital azzjonarju tagħha jitħallas kollu kemm hu fi flus, jikser l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE ( 1 ) tas-17 ta’ Lulju 1969, fil-verżjoni emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ( 2 ) tal-10 ta’ Ġunju 1985?
( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-17 ta’ Lulju 1969 li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11).
( 2 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 122.
Full & Egal Universal Law Academy