Kawża C-377/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AH et
C2942018MT2720120180531MT0037272282
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra AH et
(Kawża C-377/18)2018/C 294/37Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali
AH, PB, CX, KM, PH
Domanda preliminari
Ġurisprudenza nazzjonali li, fit-test ta’ ftehim (konkluż fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali), tirrikjedi li jiġu indikati, bħala l-awturi tar-reat kriminali inkwistjoni, mhux biss il-persuna li tkun is-suġġett tal-proċeduri kriminali, li tkun ammettiet il-ħtija tagħha u li tkun ikkonkludiet dan il-ftehim, iżda wkoll il-persuni l-oħra li jkunu s-suġġett tal-proċeduri kriminali, li jkunu l-kompliċi tagħha, li ma jkunux ikkonkludew dan il-ftehim, li ma jkunux ammettew il-ħtija tagħhom, li fir-rigward tagħhom il-proċeduri kriminali jitkomplew b’mod normali u li jkunu qablu, iżda, li l-ewwel persuna msemmija tikkonkludi l-imsemmi ftehim, hija konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1), ikkunsidrat flimkien mal-ewwel sentenza tal-premessa 16 u mal-premessa 17 tad-Direttiva 2016/343 ( 1 )?
( 1 ) Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy