27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta Ġunju 2018 – Landwirtschaftskammer Niedersachsen vs Reinhard Westphal
(Kawża C-378/18)
(2018/C 301/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Landwirtschaftskammer Niedersachsen
Konvenut: Reinhard Westphal
Domandi preliminari
1)
It-terminu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament Nru 2419/2001 (1) jibda jiddekorri mid-data tal-pagament tal-għajnuna jew huwa rregolat mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (2), jiġifieri, f’dan il-każ, mill-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament?
2)
Ir-regoli ta’ preskrizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament Nru 2419/2001 jew fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 huma dispożizzjonijiet li jirrigwardaw sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2988/95?
3)
L-Artikolu 52a tar-Regolament Nru 2419/2001, li jipprevedi l-applikazzjoni retroattiva tar-regola ta’ preskrizzjoni tal-Artikolu 49(5) tal-imsemmi regolament jista’ wkoll japplika b’analoġija għall-Artikolu 49(6) tal-imsemmi regolament?
Fil-każ li l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 tkun applikabbli (l-ewwel domanda), ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi l-oħra; jekk din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli, għandu jitqies, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, li t-tielet domanda hija bla skop.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna tal-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3508/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 34, p. 308).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy