Kawża C-380/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.
C2942018MT2810120180611MT0038281281
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, parti oħra fil-proċedura: E.P.
(Kawża C-380/18)2018/C 294/38Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Parti oħra fil-proċedura: E.P.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-deċiżjoni li residenza regolari ta’ mhux iktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum intemmet minħabba li l-barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku għandha tkun immotivata mill-fatt li l-aġir personali tal-barrani kkonċernat jikkostitwixxi theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa wieħed mill-interessi fundamentali tas-soċjetà?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, liema huma l-kundizzjonijiet ta’ motivazzjoni li japplikaw, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għad-deċiżjoni li l-barrani jiġi meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku?
L-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament 2016/399 (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prattika nazzjonali li permezz tagħha barrani huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku minħabba raġuni waħdanija li ġie stabbilit li l-barrani huwa ssuspettat li wettaq reat?
( 1 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2016, L 77, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy