Kawża C-385/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti
C2942018MT3020120180611MT0042302312
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2018 – Arriva Italia Srl et vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti
(Kawża C-385/18)2018/C 294/42Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Arriva Italia Srl, Ferrotramviairia SpA, Consorzio Trasporti Aziende Pugliesi (CO.TRA.P)
Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti
Domanda preliminari
Fiċ-ċirkustanzi fattwali u legali esposti iktar ’il fuq, miżura li tikkonsisti fl-allokazzjoni permezz ta’ liġi ta’ somma ta’ EUR 70 miljun lil operatur fis-settur tat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-Liġi Nru 208 tat-28 ta’ Diċembru 2015 (Artikolu 1(867)), kif emendata bid-Digriet Liġi Nru 50 tal-24 ta’ April 2017, segwita bit-trasferiment minn dan l-operatur favur operatur ekonomiku ieħor, mingħajr proċedura ta’ sejħa għal offerti u mingħajr korrispettiv, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?
Jekk dan huwa l-każ, għandu jiġi stabblilit jekk l-għajnuna inkwistjoni hijiex madankollu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u liema huma l-konsegwenzi fattwali tan-nuqqas ta’ notifika tagħha konformement mal-Artikolu 10[8](3) TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy