Kawża C-387/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Ġunju 2018 – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych
C2942018MT3210120180612MT0044321321
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie (il-Polonja) fit-12 ta’ Ġunju 2018 – Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych
(Kawża C-387/18)2018/C 294/44Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Delfarma Sp. z o.o.
Konvenuti: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 TFUE, jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali, li skontha l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, fi Stat Membru, ta’ prodott mediċinali li joriġina minn importazzjoni parallela ma tistax tinħareġ għas-sempliċi raġuni li l-prodott mediċinali li huwa s-suġġett ta’ importazzjoni parallela kien ġie awtorizzat, fl-Istat Membru ta’ esportazzjoni, bħala ekwivalenti għal prodott mediċinali ta’ referenza, jiġifieri abbażi ta’ dokumentazzjoni sommarja, filwaqt li fl-Istat Membru ta’ importazzjoni dan il-prodott mediċinali tqiegħed fis-suq bħala prodott ta’ referenza, jiġifieri abbażi ta’ dokumentazzjoni sħiħa, fejn tali rifjut iseħħ mingħajr stħarriġ tal-identiċità terapewtika fundamentali taż-żewġ prodotti u mingħajr ma l-awtorità nazzjonali titlob – minkejja li teżisti tali possibbiltà – għad-dokumentazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ esportazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy