29.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/6
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2018 minn Mauro Bettani mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-24 ta’ April 2018, fil-Kawża T-80/18, Bettani vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-392/18 P)
(2019/C 148/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Mauro Bettani (rappreżentant: M. Bettani, avvocato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
B’digriet tas-7 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Mauro Bettani jbati l-ispejjeż tiegħu.