Kawża C-397/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Ana María Páez Juárez vs Nobel Plastiques Ibérica, S.A.
C2942018MT3310120180615MT0046331342
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2018 – Ana María Páez Juárez vs Nobel Plastiques Ibérica, S.A.
(Kawża C-397/18)2018/C 294/46Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ana María Páez Juárez
Konvenuta: Nobel Plastiques Ibérica S.A.
Partijiet oħra fil-proċedura: Fondo de Garantía Salarial (FOGASA) u Ministerio Fiscal
Domandi preliminari
1)
Il-ħaddiema li huma rrikonoxxuti bħala partikolarment sensittivi għal ċerti riskji, li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew stat fiżjoloġiku magħruf, huma partikolarment sensittivi għal riskji fuq ix-xogħol u għalhekk ma jistgħux jokkupaw ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol peress li dan ikunu ta’ riskju għas-saħħa tagħhom stess jew għal persuni oħra, għandhom jitqiesu bħala persuni b’diżabbiltà għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ( 1 ), kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha?
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, id-domandi li ġejjin huma fformulati:
2)
Id-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li din il-persuna kellha diżabbiltà, minħabba li hija partikolarment sensittiva għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha u għalhekk għandha diffikultajiet sabiex tikseb il-livelli ta’ produttività meħtieġa sabiex tevita eventwali tkeċċija, hija att ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2) b) tad-Direttiva 2000/78/KE?
3)
It-tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li din il-persuna għandha diżabbiltà, minħabba li hija partikolarment sensittiva għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha, u meta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tittieħed, fost kriterji oħra meħuda inkunsiderazzjoni, abbażi tal-flessibbiltà fil-pożizzjonijiet tax-xogħol kollha, inklużi dawk li l-persuna b’diżabbiltà ma tistax tokkupa, tikkostitwixxi att ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE?
4)
It-tkeċċija ta’ ħaddiema għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi u ta’ produzzjoni, meta huwa rrikonoxxut li għandha diżabbiltà u li għalhekk hija rrikonoxxuta bħala partikolarment sensittiva għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha f’ċerti pożizzjonijiet tax-xogħol minħabba d-difetti fiżiċi tagħha, li rriżultaw f’perijodi twal ta’ assenza jew ta’ leave tal-mard qabel it-tkeċċija u meta d-deċiżjoni ta’ tkeċċija ttieħdet, fost kriterji oħra meħuda inkunsiderazzjoni, abbażi tal-assenteiżmu ta’ din il-ħaddiema, hija att ta’ diskriminazzjoni indiretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/78/KE?
( 1 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy