Kawża C-399/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt
C2942018MT3510120180618MT0048351351
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjizi l-Baxxi) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV vs Autoriteit Consument en Markt
(Kawża C-399/18)2018/C 294/48Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vereniging Gasopslag Nederland, TAQA Onshore BV, TAQA Piek Gas BV
Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt
Domanda preliminari
Tariffa uniformi bbażata fuq il-kapaċità ta’ konnessjoni, li ma toperax distinzjoni skont it-tip ta’ utent tan-netwerk iżda skont il-kapaċità kuntrattwali, hija kompatibbli mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 ( 1 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005?
( 1 ) ĠU 2009, L 211, p. 36, rettifiki fil-ĠU 2009, L 229, p. 29 u fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.
Full & Egal Universal Law Academy