Kawża C-403/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni
C2942018MT3710120180614MT0050371371
Appell ippreżentat fl-14 ta Ġunju 2018 minn Alcogroup u Alcodis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/14, Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-403/18 P)2018/C 294/50Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Alcogroup, Alcodis (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere, J. Probst, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Orde van Vlaamse Balies, Ordre des barreaux francophones et germanophone, Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-274/15;
—
tiddikjara l-appell kontra ż-żewġ deċiżjonijiet appellati ammissibbli;
—
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu fuq ir-rikors għal annullament
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.
Aggravji u argumenti prinċipali
—
L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni;
—
It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.
Full & Egal Universal Law Academy