22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/4
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2018 minn HK mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-574/16, HK vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-460/18 P)
(2018/C 381/05)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: HK (rappreżentanti: A. Champetier, S. Rodrigues, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
Tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;
—
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 (Kawża T-574/16);
—
Tevoka l-kawża għal deċiżjoni billi tilqa’ t-talbiet tal-appellant ifformulati fl-ewwel istanza, inkluża l-kundanna għall-ispejjeż tal-appellata; jew, fin-nuqqas ta’ dan
—
Tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi, l-ispejjeż tal-appell għandhom għalhekk jiġu rregolati konformement mal-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji ta’ dritt. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u tan-natura li hija kemm ekwivoka, inkoerenti u kontradittorja tal-motivazzjoni. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tal-insuffiċjenza tal-motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy