29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Gerona (Spanja) fis-17 ta’ Lulju 2018 – ZX vs Ryanair DAC
(Kawża C-464/18)
(2018/C 392/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Gerona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZX
Konvenuta: Ryanair DAC
Domandi preliminari
1)
Il-kunċett ta’ qorti ddeterminata permezz ta’ proroga taċita prevista u rregolata mill-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) jeżiġi, fl-aspetti kollha tiegħu, interpretazzjoni awtonoma u komuni għall-Istati Membri kollha u li, għaldaqstant, ma jistax tkun ikkundizzjonat mil-limitazzjonijiet li jistabbilixxu r-regoli ta’ ġurisdizzjoni interna tal-Istati Membri?
2)
Il-kunċett ta’ qorti ddeterminata permezz ta’ proroga taċita prevista u rregolata mill-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 huwa regola ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali “pura”, li jiddetermina esklużivament il-qrati ta’ Stat Membru iżda mbgħad huwa d-dritt proċedurali ta’ dan l-istess Stat li għandu jirregola l-qorti kompetenti fit-territorju jew, għall-kuntrarju, huwa regola ta’ ġurisdizzjoni kemm internazzjonali kif ukoll territorjali?
3)
Sitwazzjoni li tinvolvi titjira operata minn kumpannija tal-ajru ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor iżda bi tluq jew nżul fi Stat Membru fejn din għandha fergħa li tipprovdi servizzi awżiljarji għall-kumpannija u li l-biljetti ma nxtrawx permezz tagħha, tista’, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, tikkostitwixxi tilwima dwar l-operat ta’ fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor li jiġġustifika l-kriterju ta’ konnessjoni għall-ġurisdizzjoni stabbilit fl-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy