5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Lulju 2018 – SATI – Società Autocooperative Trasporti Italiani SpA vs Azienda di Trasporti Molisana – A.T.M. SpA
(Kawża C-475/18)
(2018/C 399/30)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SATI – Società Autocooperative Trasporti Italiani SpA
Konvenuta: Azienda di Trasporti Molisana – A.T.M. SpA
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-leġiżlazzjoni nazzjonali teżisti projbizzjoni li jingħata direttament is-servizz ta’ trasport pubbliku lokali, li teskludi l-għoti dirett ukoll fil-każijiet fejn ikun ammess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, meta tkun prevista r-regola ġenerali tas-sejħa għal offerti għall-għoti tas-servizz inkwistjoni, jew inkella tali projbizzjoni teżisti biss fil-każ ta’ projbizzjoni speċifika li jsir l-għoti dirett, li tirreferi wkoll għall-każijiet fejn tali għoti huwa ammess mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy