1.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Lulju 2018 – PannonHitel Pénzügyi Zrt. vs WizzAir Hungary Légiközlekedési Kft.
(Kawża C-476/18)
(2018/C 352/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Pesti Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PannonHitel Pénzügyi Zrt.
Konvenuta: WizzAir Hungary Légiközlekedési Kft.
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 261/2004”) (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġieri ta’ titjira affettwata minn bdila fil-ħin jistgħu jiġu assimilati għall-passiġieri ta’ titjira annullata għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens, u għalhekk jistgħu jinvokaw id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, meta t-trasportatur tal-ajru jkun informa lill-passiġieri bil-bidla fil-ħin il-ġurnata ta’ qabel id-data tat-tluq indikata fuq l-orarju inizjali u meta l-passiġġieri jsofru, b’konsegwenza tal-bidla fil-ħin, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar meta mqabbel mal-ħin tal-wasla previst fl-orarju inizjali, jiġifieri meta jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom bi tliet sigħat ta’ dewmien jew iktar meta mqabbel mal-ħin inizjalment ikkomunikat mit-trasportatur tal-ajru?
2)
L-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġieri ta’ titjira affettwata minn bdil fil-ħin jistgħu jiġu assimilati għall-passiġieri ta’ titjira mdewma għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens, u għalhekk jistgħu jinvokaw id-dritt għal kumpens previst fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, meta huma jsofru, b’konsegwenza tal-bidla fil-ħin, telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar, jiġifieri meta jaslu fid-destinazzjoni finali tagħhom bi tliet sigħat ta’ dewmien jew iktar meta mqabbel mal-ħin inizjalment ikkomunikat mit-trasportatur tal-ajru?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy