26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Opolu (il-Polonja) fl-24 ta’ Lulju 2018 – Profi Credit Polska S.A. bis-sede f’Bielsko-Biała vs OH
(Kawża C-483/18)
(2018/C 427/11)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Opolu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Profi Credit Polska S.A. bis-sede f’Bielsko-Biała
Konvenut: OH
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) u (2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 22(3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni tal-Artikolu 10, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tal-ustawa z dnia 28 kwietnia 1936 r. prawo wekslowe (il-Liġi Pollakka tat-28 ta’ April 1936 dwar iċ-Ċedoli, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar iċ-Ċedoli”), li tipprovdi li qorti ma tistax taġixxi ex officio f’sitwazzjoni fejn hija konvinta b’mod sod u fondat, abbażi ta’ materji li ma joriġinawx mill-partijiet fit-tilwima, li l-kuntratt li fuqu hija bbażata r-relazzjoni legali bażika huwa tal-inqas parzjalment invalidu, u r-rikorrent jibbaża t-talba tiegħu fuq ċedola in bjank prodotta, filwaqt li l-konvenut ma jqajjem ebda oġġezzjoni u ma jiħux azzjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifika fil-ĠU 2009 L 207, p. 14; rettifika fil-ĠU 2010 L 199, p. 40; rettifika fil-ĠU 2011 L 234, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy